People Banner
 

Alternattiva Demokratika - The Green Party qed tippreżenta kandidati serji u ta' l-affari tagħhom f'kull distrett. Qed intuk il-possibilta li tagħmel għażla favur stil ġdid ta' politika f'Malta u Għawdex.

 

Qatt daqs illum ma jinħass il-bżonn ta' alternattiva għall-partiti politiċi l-kbar f'dan il-pajjiż. Fil-Parlament hemm bżonn min japplika l-brejkijiet biex il-partiti l-oħra ma jibqgħux jirromblaw minn fuq kulħadd wara li bi ħlewwa liema bħalha iwegħdu l-ġenna fl-art lil kulħadd f'din il-kampanja elettorali.

 

Alternattiva Demokratika fil-Parlament tfisser li fil-pajjiż isseħħ bidla ta' vera għax fl-aħħar ikun hemm min lest u kapaċi jsemma' leħnu f'ismek u għalik matul is-sena kollha.

Waqt kampanja elettorali jkun hemm ħafna għidut dwar is-sistema elettorali. Jkun hawn min ixerred għidut apposta. Il-verita hi li jekk trid bidla vera fil-mentalita u bidla vera fis-sistema politika għandek tivvota Alternattiva Demokratika - The Green Party. B'hekk tkun żgur li l-messaġġ jasal, kif jgħidu bl-ingliż 'LOUD AND CLEAR'.
Distretti 1-7
Il-Kandidati tiegħek fuq distretti 1 sa 7.
Distretti 8-13
Il-Kandidati tiegħek fuq distretti 8 sa 13.
Kunsilli Lokali
Il-Kandidati tiegħek għall-elezzjonijiet lokali.
Video
NEW VIDEO FEATURE - VIDEO ĠDID
Jekk trid twaqqafhom milli jirromblaw minn fuqek, jekk trid demokrazija sħiħa fejn l-ilħna kollha jinstemgħu, jekk trid li t-talenti ta' kulħadd jintużaw għall-ġid tal-pajjiż kollu u jekk trid garanzija li l-ebda gvern ta' partit wieħed ma jagħmel li jrid u li jfettillu - IVVOTA ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA - THE GREEN PARTY.

Izjed Messaggi Video

Illum aħna eluf li għandna għatx għal politika mod ieħor. Alternattiva biss ... bil-preżenza tagħha fil-parlament tista tbiddel il-politika mill-qiegħ.

Ħafna jistaqsuna x'jiġri meta naslu biex niffurmaw gvern ta' koalizzjoni, fuq liema punti bi ħsiebna nagħfsu l-iżjed? X'inhu dak li rridu niksbu l-ewwel għal min jagħtina l-vot?  It-tweġiba tagħna ssibuha hawn. Dawn huma l-kwistjonijiet l-iżjed urġenti.

WEDNESDAY 5th MARCH MEETING - WATERFRONT HOTEL GZIRA
02 March 2008
WEDNESDAY 5 MARCH 2008, 5.45pm YOU ARE INVITED TO THE LAST AD MEETING AT THE WATERFRONT HOTEL, THE STRAND, GZIRA.
A vote for political culture change
29 February 2008
Dr. Harry Vassallo I have voted Green in four general elections, three local council elections and in the European Parliament elections. There seem to be thousands of people who cannot fathom why. They seem to be singing in chorus the same stuff they sang in 1992 and ever since at every election. They can have no idea that it becomes easier and easier to vote Green at every election.
Il-Vot hu tieghek
29 February 2008
Carmel Cacopardo Il-vot hu tieghek biss. Il-Partit Laburista m’ghandux voti. L-anqas il-PN. Ikollhom il-voti li n-nies tiddeciedi li taghtihom. Xejn iktar, xejn inqas.
Sitemap  |  
alternattiva.org.mt
Developed by Alert Communications